“Nixtieq Li Naqsam L-Avventura Reċenti Tiegħi Magħkom Għax Kienet Tant Maġika!” – Moira Stafrace Fil-Ġappun

Il-kantanta Moira Stafrace kienet dan l-aħħar fil-Ġappun – pajjiż maħbub minn ħafna. Fuq il-paġna tagħha ta’ Facebook, hija qasmet l-esperjenza sabiħa tagħha.

“Ninsab kuntenta li naqsam l-avventura reċenti tiegħi magħkom għax kienet sempliċement maġika,” hi kitbet. “Il-Ġappun…mid-dwal tan-neon tat-toroq ta’ Tokyo…ir-reżiljenza ta’ Hiroshima…sal-irqad f’monasteru Buddista…ferroviji bullet lejn Osaka…is-sbuħija ta’ Kyoto…l-għeġubijiet ta’ Torii Gate…xadini tas-silġ…ċriev…mixi f’Nara…il-veduta mill-isbaħ tal-Muntanja Fuji…waqt li nagħmel ħbieb ġodda u memorji sbieħ li se jibqgħu mfakkra għal dejjem.”

Intom tixtiequ żżuru l-Ġappun?







Ritratti:

Facebook / Moira Stafrace

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI