“Kemm Ilna Nistennew Dan Il-Mument. Fl-Aħħar Wasal: Il-Jum Tat-Tieġ Tagħna” – Rebecca Bilocca

Il-kantanta lokali Rebecca Bilocca qasmet messaġġ li kitbet lill-għarus tagħha Scott Camilleri li llejla se jsir ir-raġel tagħha, hekk kif illum se jgħidu is-signor si.

“Għażiż tiegħi,” hi kitbet, “kemm ilna nistennew dan il-mument. Fl-aħħar wasal: il-jum tat-tieġ tagħna! M’hemmx kliem biżżejjed biex nispjegalek kemm inti tfisser għalija u kemm inħobbok. Qatt ma stennejt li fi fjur żgħożiti se jfeġġ destin ċar daqs il-kristall, għax int mill-bidu nett urejtni li fi ħdanek jista’ jieqaf il-ħin. Anke f’jiem imdallmin sibna l-kenn fi spallejn xulxin.”

Hi kompliet tgħid, “Bdejna żgħar, iżda l-imħabba tagħna kompliet tikber u tissaħħaħ. Nistqarr li mhux kollox jiġi faċli fil-ħajja, iżda bik ħdejja nħoss li m’hemm xejn li ma jistax isir.

Illum ser naghtik kelmti u nwiegħdek li dejjem ser ssibni ħdejk, fir-risq it-tajjeb u l-ħażin, fil-mard u fis-saħħa. J’alla inti ssib l-istess wens li jiena nsib fik.”

Rebecca temmet tgħid, “Ħolm għandna kemm trid, iżda l-akbar ħolma tagħna ser ssir realtà llum, hekk kif ser nsiru ta’ xulxin. Inħobbok b’qalbi kollha, Scott! Il-futura mara tiegħek, Rebecca.”

Aħna minn Gwida.mt nixtiequ nagħtu l-awguri tagħna lil din il-koppja tant ħelwa!







Ritratti:

Facebook / Rebecca Bilocca

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI