Association for Abandoned Animals (AAA) appellat lill-pubbliku biex jgħin fit-tfittxija ta’ Peach, cockatiel li ħarbet mid-dar tagħha f’Tas-Sliema. F’messaġġ maqsum fuq il-midja soċjali, l-għaqda spjegat li qed tittama li xi ħadd seta’ lemaħha jew sabha wara li ntilfet.
Kull min għandu xi informazzjoni dwar fejn tinsab Peach, jew jekk isibha, huwa mħeġġeġ jikkuntattja lis-sid tagħha fuq in-numru 7922 5120
L-AAA enfasizzat ukoll li s-sid ta’ Peach hija voluntiera mal-għaqda stess u li dejjem tat lill-għasfura ħarsien u mħabba kbira.
Skont l-għaqda, Peach kellha ambjent sigur u mimli għożża, u għalhekk hemm tama kbira li terġa’ tingħaqad mal-familja tagħha malajr kemm jista’ jkun.
L-organizzazzjoni appellat biex kull min jgħix jew jgħaddi miż-żona ta’ Spar f’Tas-Sliema joqgħod attent għal kwalunkwe dehra ta’ Peach.