Illum il-Ministru għall-Ambjent u l-Enerġija Miriam Dalli kellha awgurju speċjali li xtaqet tgħaddi. Awgurju mill-qalb għall-għażiż żewġha John f’jum għeluq sninu.
Flimkien, Miriam u John huma ġenituri ta’ żewġ ulied, Jack u Kane. Fuq il-midja soċjali dejjem naraw l-għaqda li hemm fil-familja tagħhom anke f’ħajja mimlija impenji professjonali.
L-awgurju tagħha kien wieħed personali u sinċier, fejn tesprimi kemm tapprezza l-appoġġ tiegħu. “Ċelebrazzjoni doppja llum… Happy Birthday John u grazzi tal-appoġġ tul din il-kampanja u dejje,” tikteb Miriam.
Awguri mill-qalb!