Ir-raba’ staġun ta’ Love Island Malta kompla jiġbed l-attenzjoni ta’ eluf ta’ telespettaturi b’taħlita ta’ rumanz, drama, sfidi u sorpriżi li żammew lill-pubbliku mwaħħal mal-iskrins sa mill-ewwel ġimgħat tal-programm.
S’issa, l-episodji kollha tal-programm kienu qed jixxandru fuq TVM+, fejn il-kontestanti għaddew minn diversi sfidi u bidliet fil-villa, filwaqt li koppji ġodda ffurmaw u oħrajn spiċċaw taħt pressjoni hekk kif il-kompetizzjoni kompliet tintensifika.
Mil-lejla, l-episodju tal-Ħadd se jibda jixxandar fuq TVM minflok fuq TVM+, bidla li mistennija tagħti lill-programm aktar esponiment fuq l-istazzjon nazzjonali.
Bil-kompetizzjoni għadha għaddejja u b’aktar sorpriżi mistennija fil-ġimgħat li ġejjin, Love Island Malta 4 jidher li se jkompli jkun wieħed mill-aktar programmi segwiti fuq it-televiżjoni lokali dan is-sajf.