Josline Camilleri qasmet appell qawwi dwar is-sigurtà tan-nisa f’Malta, b’reazzjoni għall-każ marbut ma’ filmat riċenti Minn Evey( kontestanta ta’ Love Island 2025) fejn xi ħadd baqa’ jsegwiha u jagħtiha fastidju fit-triq. Camilleri saħqet li l-fastidju fit-triq (u stalking) m’għandux jitqies bħala inċident żgħir għax jista’ jwassal għal perikli ferm akbar bħal stupru, ħtif jew agħar minn hekk.
Camilleri wissiet li sitwazzjonijiet bħal dawn jistgħu jiġru lil kull mara, tifla jew familja u għalhekk tennet li każijiet bħal dawn jeħtiġilhom il-vuċi u mhux jibqgħu fis-silenzju. Fost il-proposti tagħha, Camilleri semmiet il-bżonn ta’ linja dedikata li tintuża f’emerġenzi ta’ dan it-tip, fejn il-persuna tkun tista’ titlob l-għajnuna minnufih u l-post tagħha jiġi identifikat immedjatament.
Hija appellat ukoll għal unità speċjalizzata li tirrispondi mill-ewwel u li fejn ikun hemm bżonn, iżżomm monitoraġġ kontinwu għal diversi jiem. “Harsher penalties are non-negotiable,” kitbet Camilleri, filwaqt li appellat lill-awtoritajiet biex ma jibqgħux jistennew li tiġri xi ħaġa agħar qabel tittieħed azzjoni.
L-appell tagħha jwassal messaġġ ċar: li n-nisa f’Malta jistħoqqilhom iħossuhom siguri f’darhom, fit-toroq u f’pajjiżhom.
Fb/ Josline