“Id-Deni Niżel U Erġajt Bdejt Nilgħab” – Aħbar Tajba Minn Guilherme!

Ilbieraħ, mill-paġna Guilherme’s Journey of Hope, inxtered messaġġ li qanqal tħassib fost ħafna segwaċi hekk kif Guilherme żvela li kien qed iħossu ma jiflaħx.

“Għandi d-deni. Qed norqod ħafna. Issa qomt nilgħab ftit. Ma nafx x’qed jiġrili… filli tajjeb u filli naħraq nar. Illum ġismi qed jgħidli biex nistrieħ,” kiteb fil-messaġġ tiegħu.

Fortunatament, illum waslet aħbar ferm aktar pożittiva. F’aġġornament qasir iżda mimli tama, Guilherme qal li qed iħossu ħafna aħjar u li d-deni tiegħu niżel. “Ħafna aħjar illum ħbieb. Id-deni niżel u erġajt bdejt nilgħab. Grazzi ta’ kemm ħadtu ħsiebi,” kiteb, flimkien ma’ kliem ta’ apprezzament lejn dawk kollha li bagħtulu messaġġi u ħsibijiet sbieħ.

Dan l-aġġornament żgur li ta serħan il-moħħ lill-komunità kbira li ssegwi l-vjaġġ tiegħu u li dejjem turi sostenn kbir lejh. Nawguraw lil Guilherme fejqan sħiħ u li jkompli jimtela bis-saħħa u l-ferħ li tant jispikkaw fil-messaġġi sbieħ tiegħu.







Ritratti:

Guilherme’s journey of Hope

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI