Il-kantant u l-content creator Fadi Abou Rjeili nieda l-kanzunetta l-ġdida tiegħu bl-isem SIRENA, produzzjoni mużikali li tiċċelebra s-sbuħija u l-karattru uniku ta’ Malta. Il-kanzunetta hija ispirata mill-esperjenzi u l-memorji li Fadi bena matul is-snin li ilu jgħix f’pajjiżna, fejn żviluppa rabta qawwija mal-gżejjer Maltin.
Fost il-kliem li qed jiġbed l-attenzjoni hemm il-frażi, “Tħobb lil min iħobbha, ħelwa wisq ħelwa Malta”, messaġġ ċar li jwassal l-apprezzament tiegħu lejn il-poplu Malti u l-ospitalità li sab hawnhekk. Fadi ħa ħsieb il-kitba tal-kanzunetta hu stess, filwaqt li l-mużika nħolqot b’kollaborazzjoni mal-kompożitur u produttur Malti Cyprian Cassar, isem magħruf sew fix-xena mużikali lokali.
B’taħlita ta’ melodiji Mediterranji u lirika sentimentali, SIRENA tagħti ġieħ lill-gżejjer Maltin u lill-identità tagħhom, filwaqt li tfakkar kemm Malta tista’ tħalli marka fuq dawk li jagħżlu li jagħmluha parti minn ħajjithom.
Facebook / Fadi Abou Rjeili