“Ġejt Infurmat Bl-Aħbar Kerha Li Ħalla Din Id-Dinja L-Ħabib Tagħna Jonathan Cardona.” – Il-Prim Ministru Dr. Robert Abela

Abela Robert

Diversi persuni u entitajiet sellmu l-memorja ta’ Jonathan Cardona wara l-aħbar tal-mewt tiegħu, bil-messaġġi jfakkru s-servizz tiegħu f’diversi karigi pubbliċi u l-impenn li wera matul il-karriera tiegħu.

Enemalta qalet li qed issellem il-memorja ta’ Jonathan Cardona, li serva bħala Chief Executive Officer tal-kumpanija bejn l-2021 u l-2023.

Fi stqarrija, il-kumpanija rringrazzjatu għall-kontribut u d-dedikazzjoni tiegħu matul iż-żmien li għamel fit-tmexxija tagħha, filwaqt li esprimiet il-ħsibijiet tagħha mal-familja u l-qraba tiegħu.



F’messaġġ mill-qalb li kiteb il-Prim Ministru Robert Abela qal li waqt iċ-ċerimonja tal-ħatra tal-Kabinett il-ġdid ġie infurmat bl-aħbar kerha tal-mewt ta’ Jonathan Cardona.



“F’nofs iċ-ċerimonja tal-ħatra tal-Kabinett il-ġdid, sfortunatament ġejt infurmat bl-aħbar kerha li ħalla din id-dinja l-ħabib tagħna Jonathan Cardona.”

Dr. Abela kompla, “Dejjem rajt fih serjetà u lealtà f’kull biċċa xogħol li wettaq, kif ukoll tbissima u enerġija f’kull pass ta’ ħajtu. Nagħti l-kondoljanzi sinċiera lill-familja kollha tiegħu.”

Jiddispjaċina b’din l-aħbar. Strieħ fis-sliem Jonathan, u kondoljanzi lill-familjari, qraba u ħbieb.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI