“Awguri Lil Oħti L-Kbira. Uffiċjalment Dhalt Fil-Kategorija Tal-Antikitajiet!” – L-Attur Xylon Bristow

Xylon Bristow qasam messaġġ ħelu u mimli umoriżmu fuq il-midja soċjali biex jawgura lil oħtu Lindsay f’jum għeluq sninha. Fuq Facebook, Xylon kiteb, “Awguri lil oħti l-kbira. Uffiċjalment dħalt fil-kategorija tal-antikitajiet!”



B’dik id-daħka bejn l-aħwa, huwa kompla jirringrazzjaha talli dejjem kienet erba’ snin qablu u b’hekk urietlu x’jista’ jistenna minn kull fażi tal-ħajja. “Nixtieq nirringrazzjak talli dejjem kont erba’ snin qabli u writejni eżattament x’għandi nistenna! Awguri, Linds” kiteb Xylon.



Il-messaġġ ġibed l-attenzjoni tas-segwaċi tiegħu, li ngħaqdu miegħu biex jibagħtu l-awguri tagħhom lil Lindsay f’din il-ġurnata speċjali.

Minn naħa tagħna, ningħaqdu wkoll biex nawguraw lil Lindsay ħafna saħħa, ferħ u suċċess fis-snin li ġejjin. Awguri!



Ritratti:

Facebook / Xylon Bristow

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI