Rapporti barranin ed jindikaw li f’pajjiżna dan is-sajf se jkun qed jibda jinħadem ir-raba’ film ta’ Johnny English.
Dan il-film komiku għandu s-sehem ewlieni tal-attur bravissimu u popolari Rowan Atkinson li hu magħruf għall-ħila tiegħu li jnissel tbissima fost l-udjenza, ħafna drabi mingħajr ma biss ilissen kelma waħda.
F’dan il-film, Atkinson jagħmel il-parti tal-aġent sigriet Johnny English li fl-attitudni tiegħu hu dejjem kunfidenti mmens iżda ħafna drabi qatt ma jġibha żewġ meta jiġi fdat xi missjoni mis-superjuri tiegħu.
Facebook / Canonical Brief u Movie Time Today