Malta Fashion Week & Awards 2026 bdiet uffiċjalment ilbieraħ, 2 ta’ Ġunju, b’avveniment ta’ tnedija esklussiva li saret f’Hilton Malta, fejn il-midja ngħatat l-ewwel ħarsa lejn il-programm ta’ din l-edizzjoni.
L-attività fetħet b’laqgħa għall-istampa ġewwa The Pier, segwita minn ċelebrazzjoni uffiċjali f’Merkanti by Hilton, li laqgħet numru ta’ disinjaturi, influencers, rappreżentanti tal-midja u professjonisti tal-industrija tal-moda.

L-atmosfera kienet waħda vibranti u kreattiva, b’diversi sponsors li żiedu dimensjoni interattiva mal-esperjenza tal-mistednin.
Matul il-lejla, il-mistednin setgħu jgawdu minn għażla ta’ bars tematiċi, fosthom Peroni Nastro Azzurro, Campari Spritz u Espolòn Tequila, li offrew esperjenzi differenti ta’ xorb.

Marki tas-sbuħija u l-kura tal-ġilda bħal 6fiftytwo, Catrice Cosmetics u Vaseline ppreżentaw ukoll l-aħħar prodotti tagħhom, filwaqt li Merkanti by Hilton ipprovda esperjenza gastronomika ta’ kwalità.
Fost il-punti li spikkaw kien hemm l-Islands8 Gin Slush, li kien wieħed mill-aktar prodotti popolari tas-serata.
It-tnedija tat bidu b’saħħtu għal Malta Fashion Week & Awards 2026 u ħolqot aspettattivi kbar għall-avvenimenti li se jsegwu matul il-ġimgħa.
