Stephania ġiet inkurunata r-rebbieħa ta’ din il-ġimgħa ta’ Come Dine With Me Malta wara kompetizzjoni ferm viċin bejn il-kontestanti kollha.
B’total ta’ 30 punt, Stephania rnexxielha tieħu l-ewwel post u tħalli l-impressjoni tagħha fuq sħabha permezz tas-serata li organizzat, li għalqet bil-banda! Warajha, b’punt wieħed biss inqas, spiċċaw Marie Claire u Raymond li qasmu t-tieni post b’29 punt kull wieħed.
Kienet ġimgħa mimlija mumenti divertenti, ikel li qanqal l-aptit u personalitajiet differenti li żammew lit-telespettaturi jsegwu sal-aħħar. Ir-riżultati finali kienu fost l-aktar viċin li rajna fl-aħħar ġimgħat, u dan żied aktar tensjoni sal-mument tat-tħabbira tar-rebbieħ.
Prosit lil Stephania għar-rebħa tagħha! U intom, x’deherilkom minn din il-ġimgħa ta’ Come Dine With Me Malta? Qbiltu mar-riżultati finali jew kontu tagħtu r-rebħa lil xi ħadd ieħor?
Facebook / Stef Deguara