L-artist lokali Owen Leuellen jagħti l-aħħar tislima lill-għażiż missieru. Hu kitiblu messaġġ fuq il-paġna tiegħu biex jesprimi kemm kien ifisser għalih u kemm ser iħoss in-nuqqas tiegħu.
B’qalb maqsuma kitiblu, “Mill-ewwel birra flimkien, għall-aħħar, dejjem kont nieħu bużż inqatta’ l-ħin miegħek. Illum tajnik l-aħħar tislima Missier, ninsab ferħan li kellek ħajja sabiħa, u rnexxielek tgawdiha! Grazzi tal-memorji sbieħ u d-daħk li qsamna flimkien... issa strieħ fis-sliem re tiegħi. Inħobbok għal dejjem.”
Dan il-messaġġ irċieva diversi kummenti mingħand persuni jagħtu l-kondoljanzi tagħhom u jfakkru kemm missieru kien persuna tal-ġenn.
Inżommu lil Owen, lil missieru, u l-familjari u ħbieb kollha fit-talb tagħna. Jistrieħ fis-sliem u l-paċi mal-Missier. Kondoljanzi u kuraġġ għażiż Owen.
Facebook / Leuellen