“Kemm jien eċitata biex fl-aħħar naqsam dawn magħkom!” tikteb Claire fuq il-paġna tagħha Claire’s Curves kif ippubblikat diversi ritratti l-ġmiel tagħhom fejn tidher fuq bajja mar-raġel tagħha, liebsa libsa tat-tieġ.
Hi kitbet li diversi persuni jsaqsuha, “Għalxiex erġajtu żżewwiġtu?” u hi twieġeb, “Li terġa’ tiżżewweġ ma jfissirx tibda mill-bidu, imma li niftakru l-wegħdiet li għamilna lil xulxin 15-il sena ilu, iċċelebrajna l-vjaġġ li qsamna flimkien u erġajna għamilna l-wegħda li nagħżlu li nżommu kull ġurnata.”
Żiedet tgħid li din il-ġurnata tiċċelebra l-fatt li huma jagħżlu lil xulxin kull ġurnata. Illum, għada, u l-ġurnata ta’ wara.
Nawgurawlhom diversi iżjed snin ta’ mħabba u ferħ flimkien!
Facebook / Claire’s Curves