“Kif Jgħaddi Ż-Żmien!” – Omar Rababah Kburi Hekk Kif Ibnu Aleksei Jiggradwa Mis-Sekondarja

Kien mument speċjali ħafna għal Omar Rababah dalgħodu hekk kif attenda għaċ-ċerimonja tal-gradwazzjoni ta’ ibnu Aleksei fl-iskola De La Salle, li mmarkat it-tmiem ta’ kapitlu importanti fil-ħajja tiegħu.

F’messaġġ mimli emozzjoni, Omar irrakkonta kemm iħoss li ż-żmien għadda malajr, hekk kif qal li qisu lbieraħ kien qed iżomm lil Aleksei tarbija f’idejh u llum qed jarah jagħlaq il-perjodu tas-sekondarja tiegħu.



Huwa ddeskriva lil ibnu bħala tifel mill-isbaħ b’ħafna interessi u talenti. Aleksei għandu passjoni kbira għat-teknoloġija, il-mużika, il-kitarri u d-drums, filwaqt li l-mużika ta’ Ozzy Osbourne hija parti regolari mill-atmosfera fid-dar tagħhom.



Omar żied jgħid li kuljum ibnu jimpressjonah bil-potenzjal, il-kreattività u l-karattru tiegħu, kwalitajiet li jagħmluh kburi ferm bih. “Awguri minn qalbi, Aleksei. Ninsab kburi ħafna bik. Jixraqlek dan il-mument u naf li dan huwa biss il-bidu ta’ ħafna kisbiet oħra,” kiteb Omar, hekk kif feraħ lil ibnu għal din il-kisba importanti.

Minn naħa tagħna, nawguraw lil Aleksei kull suċċess fil-vjaġġ il-ġdid li għandu quddiemu.



Ritratti:

Facebook / Omar Rababah

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI