Tfajla Maltija Tirbaħ il-Premju Prestiġjuż AmCham EU Youth Entrepreneurship Award 2026

L-imprenditriċi Maltija Elenya Spiteri rebħet l-AmCham EU Youth Entrepreneurship Award 2026, premju li jagħti ġieħ lil żgħażagħ li qed jagħmlu suċċess fid-dinja tan-negozju.

Elenya rebħet bil-proġett tagħha ‘Medilert’, sistema intelliġenti li tgħin lill-anzjani u lill-carers tagħhom jieħdu ħsieb il-mediċini b’mod aktar faċli u sigur. Grazzi għal din ir-rebħa, hija se tirċievi premju ta’ €10,000 kif ukoll gwida u taħriġ minn mexxejja ta’ kumpaniji ewlenin fl-Ewropa.



Il-Kap Eżekuttiv ta’ AmCham EU, Malte Lohan, stqarr li ‘Medilert’ huwa eżempju sabiħ ta’ kif żgħażagħ b’ideat tajba u determinazzjoni jistgħu joħolqu bidla pożittiva.



Dan il-premju ilu jingħata mill-2013 biex jinkoraġġixxi aktar żgħażagħ jidħlu fid-dinja tal-intraprenditorija u jwettqu l-ideat tagħhom.



Ritratti:

Fb/ Elenya Spiteri & Healthy.MT

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI