L-influencer magħrufa Claire, li ħafna jafuha bħala claires_curves, qasmet mument emozzjonanti u romantiku li żgur se jibqa’ bħala wieħed mill-isbaħ memorji mas-sieħeb tagħha.
F’messaġġ li tellgħet fuq Instagram, Claire żvelat kif il-maħbub tagħha Stephen organizza sorpriża speċjali ferm qabel it-tiġdid tal-wegħdiet taż-żwieġ tagħhom li se jsir f’Lulju li ġej. Claire spjegat li ftit jiem ilu kienet qalet li l-aktar ġest romantiku li qatt għamel Stephen kien meta taha sopriża għal vjaġġ lejn Como. Iżda issa bidlet fehmitha, hekk kif Stephen ippjana kollox sal-iżgħar dettall biex jagħtiha “do-over” tal-proposta taż-żwieġ li kien għamel lura fis-sena 2008.
Hi rrakkontat b’umoriżmu kif l-ewwel proposta ma marritx eżatt kif kien ippjana Stephen. Minkejja kollox, Claire qalet li dakinhar xorta waħda kienet wieġbet “iva” mingħajr ebda dubju u li qatt ma ddispjaċiha minn dik id-deċiżjoni. Issa, kważi 19-il sena wara, Stephen reġa’ staqsieha l-mistoqsija li bidlitilhom ħajjithom: “Terġa’ taċċetta l-proposta tiegħi?”
Hija għalqet il-messaġġ tagħha billi rringrazzjat lil kull min għen biex dan il-mument iseħħ, iżda b’mod speċjali lil Stephen talli jagħżilha kuljum u jagħmel minn kollox biex iżomm l-imħabba tagħhom ħajja.“Aħna romantici u t-tnejn li aħna nħobbu l-imħabba u hija proprju l-imħabba li żammitna flimkien matul dawn is-snin kollha,” temmet tgħid Claire.
Instagram/ Claires_curves