Ilbieraħ iċċelebrat għeluq sninha l-attriċi u preżentatriċi Marica Cassar li hi magħrufa ma’ bosta Maltin għas-sehem tagħha f’għadd ta’ produzzjonijiet lokali popolari fosthom One Star Hotel kif ukoll Ipokriti. Fis-snin iżjed riċenti rajniha tieħu sehem fis-sensiela Casa Ċelestina.
Madankollu, Marica m’hijiex biss attriċi iżda hija fuq kollox ukoll waħda mill-persuni li jiddedikaw il-ħin tagħhom sabiex fi ħdan il-Caritas jgħinu għadd ta’ persuni li għaddejjin minn xi forma ta’ tbatija.
F’messaġġ li hi kitbet fuq il-midja soċjali, Marica esprimiet l-apprezzament tagħha għall-bosta messaġġi ta’ awgurju li rċeviet filwaqt li fissret kif għas-snin li ġejjin hi qed taspira li tkun iżjed pożittiva u tapprezza iżjed mhux biss kull mument ta’ ħajjitha iżda wkoll in-nies ta’ madwarha.
Awguri, Marica!
Facebook / Il-Missjoni Bżonnok u One Star Hotel