Illum jagħlaq sninu Bernard Grech, u fost dawk li awgurawlu kien hemm martu AnnMarie li kitbet messaġġ għall-okkażjoni biex tawguralu.
Bernard u Annmarie kienu qalu s-signor si fl-1997 wara li bdew il-vjaġġ ta’ mħabba fil-bidu tas-snin disgħin.
Il-koppja bniet familja magħquda flimkien maż-żewġ uliedhom, Neil u Maria, li bla dubju juru appoġġ lejn il-ġenituri tagħhom.
Annmarie, li taħdem bħala għalliema, dejjem tkun ta’ sostenn importanti għal Bernard matul il-karriera politika tiegħu.
Awguri mill-qalb Bernard!