“Għalkemm Int Akbar Minni, Xorta Nibqa’ Naħseb Li Jien Irrid Nieħu Ħsiebekkk … Għax Inti Għadek Żgħir” – Alana Bondin B’Messaġġ Mimli Mħabba Lil Ħuha Li Għalaq Sninu

Alana Bondin ħalliet messaġġ emozzjonanti lil ħuha Liam Bondin f’għeluq sninu, hekk kif esprimiet kemm tapprezza l-persuna li hu u l-irwol importanti tiegħu fil-ħajja tagħha u tal-familja.

Fost kliem mimli mħabba, Alana qaltlu li hu bniedem uniku, b’saħħtu u reżiljenti, li minkejja l-isfidi li ġabet magħha l-ħajja, dejjem kien hemm għal dawk ta’ madwaru.

Hija faħħritu wkoll bħala missier mill-aqwa għal Babelina u ziju speċjali għal Baby Cara, u qalet li l-mod kif iħobbhom u jieħu ħsiebhom juri kemm għandu qalb kbira.

Alana żiedet tgħid li minkejja li Liam huwa akbar minnha, xorta tħoss li trid tieħu ħsiebu, għax għaliha għadu ż-“żgħir”. Hija rringrazzjatu talli dejjem jibqa’ jkun preżenti, anke meta kultant ikun “tedjanti” b’mod ta’ mħabba.

“Inti safe space tiegħi, little man,” kitbet Alana, filwaqt li awguratlu l-isbaħ xewqat u qaltlu kemm tħobbu.

It-Tim ta' Gwida jingħaqad mal-awgurju u jawguralu l-isbaħ xewqat f'għeluq sninu.

Ritratti:

Facebook/Alana Bondin

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI