Għadu kif tħabbar li Fr Ivan Scicluna se jkun qed iservi fis-snin li ġejjin bħala l-President tal-Kapuċċini Ewropej. Dan ġie deċiż waqt l-Assemblea tal-Konferenza Kapuċċini Ewropej li qed isseħħ bħalissa fl-Albanija.
Fl-isfond ta’ din l-aħbar, bosta kienu dawk li fuq il-midja soċjali ferħu lil Fr Ivan filwaqt li awgurawlu għall-ħidma tiegħu f’dan l-irwol il-ġdid.
Facebook / Ivan Scicluna