Fil-ġimgħat li ġejjin, f’Londra se jkunu qed jiġu introdotti taxis li jinstaqu bl-intelliġenza artifiċjali u għalhekk m’għandhomx bżonn ta’ xufier.
Ġie spjegat kif bħala prekawzjoni dawn il-karozzi għall-bidu se jkunu assistiti minn xufiera professjonali sakemm imbagħad eventwalment mal-ħin jiġu fdati waħedhom.
S’issa dawn ix-xorta ta’ taxis iddaħħlu f’bosta bliet Amerikani u wara li se jiġu implimentati f’Londra mistennija jsiru komuni wkoll fil-Ġappun.
Taħsbu li dawn it-taxis għandhom jiddaħħlu f’pajjiżna?
Facebook / CNN International