“Kemm Irrefjana, S-Sur Briguglio!” – Isellmu L-Memorja Tal-Eks Referee Antonio Briguglio

Ftit sigħat ilu ħarġet l-aħbar li ħalla din id-dinja l-eks referee Antonio Briguglio. Fl-isfond ta’ din l-aħbar, hu ġie mfaħħar minn bosta għad-dedikazzjoni u l-passjoni li dejjem wera ma’ dawk ta’ madwaru.

Fost dawk li sellmu l-memorja tiegħu kien hemm il-Ministru Byron Camilleri li ftakar b’nostalġija fiż-żmien meta hu kien żagħżugħ u Antonio kien referee fl-aqwa tal-karriera tiegħu.

Il-Ministru fisser kif din hija telfa kbira għall-familja sportiva Maltija filwaqt li rrikonoxxa u faħħar l-isforzi li Antonio għamel matul ħajtu sabiex jagħmel isem lil pajjiżna barra minn xtutna.

“Hu kien determinat li jibqa’ jgħaddi dak li jaf lil ħaddieħor,” saħaq il-Ministru fejn esprima l-kondoljanzi tiegħu lill-ħbieb u l-qraba tal-mibki Antonio Briguglio.



Strieħ fis-sliem, Antonio!





Ritratti:

Facebook / Byron Camilleri

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI