Sikwit nisimgħu li t-talent Malti qed jikseb suċċess barra minn xtutna iżda kemm hu sabiħ iżjed meta dan is-suċess jgħin ukoll sabiex jiġu xprunati użanzi u tradizzjonijiet li jiffurmaw parti integrali mill-identità Maltija. Hekk ġara bil-film ‘Żejtune’!
Matul dan il-film Malti tingħata prominenza kontinwa lill-għana Maltija; tradizzjoni li taf l-għeruq tagħha fil-kultura Maltija mijiet ta’ snin ilu iżda llum il-ġurnata qajla għadha tissemma u għalhekk hemm sogru li fis-snin li ġejjin tintilef.
Is-suċċess ta’ dan il-film issa sab ruħu fil-belt Amerikana ta’ New York hekk kif hu parti mill-festival prestiġjuż Tribeca. B’hekk, dan il-film Malti qiegħed ukoll f’kompetizzjoni internazzjonali u ras imb ras ma’ għadd ta’ films barranin oħrajn.
‘Żejtune’ għandu l-pinna u d-direzzjoni ta’ Alex Camilleri u fih naraw is-sehem ewlieni ta’ atturi Maltin fosthom Frida Cauchi, Michela Farrugia, Michael Azzopardi kif ukoll Nenu Borg.
Prosit tassew!
Instagram / @żejtunefilm