Melania hi tifla ta’ 9 snin li ma tħallix il-fatt li hi nieqsa mid-dawl iwaqqafha milli ssegwi l-passjonijiet tagħha. Fil-fatt, minkejja l-ostakli li jkollha taffaċja fil-ħajja tagħha ta’ kuljum, Melania xorta waħda tmur tgħum b’mod regolari, iddoqq il-pjanu kif ukoll il-vjolin, u għandha wkoll il-passjoni tal-kant.
Fil-fatt, f’filmat li ttella’ mill-Malta Trust Foundation li jirrakkonta l-istorja ta’ din iċ-ċkejkna b’kuraġġ ta’ sur, hi tat il-ħajja bil-vuċi anġelika tagħha lill-kanzunetta ‘A Million Dreams’.
Il-Malta Trust Froundation se tkun qiegħda torganizza maratona ġbir ta’ fondi nhar is-Sibt 13 ta’ Ġunju. Din il-maratona se tkun qiegħda tixxandar fuq l-istazzjonijiet kollha u permezz tagħha se jinġabru fondi sabiex iżjed tfal bħal Melania jkunu jistgħu jkomplu jwettqu l-ħolm tagħhom minkejja l-limitazzjonijiet li ta’ kuljum sfortunatament ikollhom jaffaċjaw.
Facebook / Illalu Media