Luca Lorenzo, Claudia, Sven u Daniela huma fost il-personalitajiet magħrufa li se jkunu qegħdin fil-fan zones uffiċjali tat-Tazza tad-Dinja 2026 madwar Malta u Għawdex.
Filmat li ġie ppubblikat jintroduċihom u fl-aħħar jgħidu, “Narawkom fil-Fan Zones.” Il-fan zones se jkunu mifruxa f’diversi lokalitajiet sabiex il-pubbliku jkun jista’ jsegwi l-logħbiet f’atmosfera mimlija enerġija, divertiment u attivitajiet għall-familja kollha.
Il-postijiet magħżula huma Laparelli Gardens fil-Belt Valletta, Fortizza tas-Sliema, St Patrick Football Club f’Ħaż-Żabbar, Campus Hub fl-Imsida, Malta National Aquarium f’San Pawl il-Baħar u Ta’ Passi f’Għajnsielem Għawdex.
Int ser tattendi?
Facebook/ FIFA World Cup 2026