Illum huwa jum speċjali għall-Monsinjur Joseph Bajada, hekk kif qed jiċċelebra għeluq sninu wara snin twal ta’ servizz u dedikazzjoni fi ħdan il-Knisja.
F’din l-okkażjoni, il-paġna Kapitlu Metropolitan tal-Imdina wasslitlu l-isbaħ xewqat, filwaqt li rringrazzjatu għad-dedikazzjoni u l-ħidma tiegħu fil-qadi tal-ministeru u tal-komunità.
Fil-messaġġ tagħhom, huma awgurawlu sabiex Alla jkompli jbierku u jagħtih is-saħħa, il-ferħ u l-grazzja, filwaqt li s-sena li għandu quddiemu tkun mimlija paċi, sodisfazzjon u mumenti sbieħ.
F’isem Gwida.mt, ningħaqdu ma’ dawn l-awguri u nawguraw lil Mgr Joseph Bajada snin mill-isbaħ u kull ġid għall-ġejjieni!
Fb/ Mdina Metropolitan Chapter