Illum huwa jum speċjali għal Joseph Chetcuti u oħtu t-tewmija Anne Marie, hekk kif qed jiċċelebraw għeluq sninhom.
F’din l-okkażjoni, Josette Busuttil kitbet messaġġ mill-isbaħ għal Joseph li minbarra li huwa kollega tagħha, matul is-snin sar ukoll ħabib tassew għażiż.
Josette rringrazzjatu tal-ħbiberija, tal-appoġġ u tal-qalb tajba tiegħu u qalet li tapprezza ħafna l-fatt li dejjem sabitu hemm meta kellha bżonnu. “Int persuna li tħalli marka sabiħa kull fejn tmur,” kitbet Josette, filwaqt li awguratlu ħafna saħħa, paċi, ferħ, suċċess u mumenti sbieħ mal-familja u mal-persuni li jħobb.
Ma nsietx ukoll lil oħtu t-tewmija, Anne Marie, u wasslitilha l-isbaħ xewqat f’dan il-jum speċjali.
F’isem Gwida.mt, nawguraw lil Joseph u lil Anne Marie għeluq sninhom mill-isbaħ u sena mimlija xewqat sbieħ!
Fb/ Josette Busuttil; Joseph Chetcuti & Anne Marie Chetcuti