Llywelyn Lui Cremona Jingħaqad Ma’ Santa Venera Lightnings FC

Santa Venera Lightnings FC ħabbru akkwist ġdid hekk kif laqgħu lil Llywelyn Lui Cremona bħala parti mill-klabb.

Llywelyn għandu esperjenza fil-futbol Malti, fosthom fil-Premier League u tul il-karriera tiegħu lagħab ma’ diversi klabbs, fosthom Valletta FC u Birkirkara FC. Din l-esperjenza mistennija tkun ta’ valur għat-tim ta’ Santa Venera.

Il-klabb esprima s-sodisfazzjon tiegħu li Llywelyn għażel li jingħaqad mal-Lightnings u rringrazzja wkoll lit-Team Manager Kurt James għall-ħidma li wasslet għall-wasla tiegħu. Santa Venera Lightnings żiedu jgħidu li fil-jiem li ġejjin mistennija jiġu żvelati aktar akkwisti importanti.

Nawguraw lil Llywelyn Lui Cremona kull suċċess f’dan il-kapitlu ġdid fil-karriera tiegħu!

Ritratti:

Fb/ Santa Venera Lightnings FC

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI