Animal Welfare appellat lill-pubbliku wara li qattus instab fi Xlendi fejn kien ilu għal tlett ijiem ma jiċċaqlaqx minn postu.
Il-qattus inġabar ilbieraħ wara li residenti nnutaw li baqa’ fl-istess post għal diversi jiem. Skont Animal Welfare, il-qattus jidher li kien qattus domestiku hekk kif imur tajjeb man-nies u msewwi.
Milli jdher mhux imdorri jgħix fit-triq u sfortunatament ma kienx microchipped, fatt li qed jagħmilha aktar diffiċli biex jinstab sidu.
L-awtoritajiet qed jitolbu lil kull min għandu xi informazzjoni dwar dan il-qattus sabiex iċempel fuq 7969 1717.
Animal Welfare appellat ukoll biex il-post jinxtered fuq il-midja soċjali bit-tama li l-qattus jerġa’ jingħaqad mas-sidien tiegħu.