“Jista’ Jaqa’ Fuq Xi Ħadd” –Tħassib Fuq Is-Sigurtà F’St Peter’s Pool 

Qed jiżdied it-tħassib dwar is-sigurtà ta’ dawk li qed iżuru St Peter’s Pool wara li fuq il-midja soċjali dehru ritratti li juru xquq kbar f’parti mill-irdum li tħares lejn din iż-żona popolari għall-għawm.

Ir-ritratti  jixhdu sors ta’periklu fuq l-irdum, b’ diversi persuni jesprimu tħassib li l-blat jista’ jċedi u jaqa’ f’xi mument.Minkejja dan, fir-ritratti jidhru persuni bilqiegħda u jixxemxu eżatt taħt il-parti milquta, filwaqt li oħrajn qed jgħumu fil-viċinanzi.

Xi kummentaturi rrimarkaw ukoll li fil-qiegħ tal-irdum hemm diversi blat kbir, li jista’ jindika li fil-passat diġà seħħew ċedimenti ta’ blat f’din iż-żona. St Peter’s Pool, lhuwa wieħed mill-aktar postijiet imfittxija fis-sajf kemm mill-Maltin kif ukoll mit-turisti. Minħabba l-popolarità tiegħu, kull riskju potenzjali għas-sigurtà tal-pubbliku qed iqajjem tħassib fost dawk li jżuru l-post regolarment.

S’issa ma sar magħruf l-ebda stqarrija uffiċjali dwar jekk l-irdum ġiex spezzjonat jew jekk humiex se jittieħdu miżuri preventivi.







Ritratti:

Fb/ Charles Falzon fuq il-paġna ‘Are you being served’

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI