Il-Parroċċa ta’ Charles Cini sellmet lill-Arċipriet tagħha fl-okkażjoni ta’ għeluq sninu, filwaqt li rringrazzjatu għall-ħidma kontinwa u d-dedikazzjoni tiegħu lejn il-knisja u l-komunità.
F’messaġġ li ġie ppubblikat mill-Parroċċa San Publju Floriana, ġie enfasizzat kif Charles Cini jaħdem bla waqfien biex iwettaq diversi proġetti u xogħlijiet importanti li huma essenzjali għall-ħajja tal-parroċċa.Il-parroċċa stqarret ukoll li, apparti r-responsabbiltajiet tiegħu fil-knisja, l-Arċipriet jieħu ħsieb u jgħin lil bosta persuni fis-skiet, b’impenn li ħafna drabi jibqa’ moħbi minn għajnejn il-pubbliku.
“Illum nifirħu mal-Arċipriet, il-Kan. Charles Cini fl-okkażjoni ta’ għeluq sninu. Nirringrazzjawh mill-qalb għall-ħidma bla waqfien tiegħu,” temmet il-parroċċa.Il-Parroċċa San Publju awguratlu ħafna snin ta’ saħħa u barka, filwaqt li talbet għalih sabiex ikompli jwettaq il-missjoni tiegħu b’dedikazzjoni u mħabba lejn il-komunità Furjaniża.
Fb/ Parroċċa San Publju Floriana