Minn Tropical Tang għal Kiwi u Orange, Breakers kienet waħda mix-xarbiet popolari fl-imgħoddi.
Għal ħafna Maltin li kibru fis-snin disgħin u fil-bidu tas-snin elfejn, l-isem Breakers iġib miegħu sens qawwi ta’ nostalġija. Kienet waħda mix-xarbiet li kont tara fil-canteens tal-iskola, fil-kiosks u fil-ħwienet lokali u kienet faċli tagħrafha mill-flixkun ikkulurit u d-disinn tiegħu li jattirak.
Waħda mit-togħmiet li ħafna jiftakru hija dik ta’ Tropical Tang, li kellha taħlita ħelwa u tropikali: differenti minn ħafna soft drinks oħra ta’ dak iż-żmien. Flimkien miegħu kien hemm ukoll togħmiet oħra, li kienu popolari immens fost it-tfal u ż-żgħażagħ.
Għalkemm illum m’għadux parti mill-ħajja ta’ kuljum bħal dari, Breakers għadu jissemma’ ta’ spiss meta n-nies jitkellmu fuq prodotti li jfakkruhom fit-tfulija. Għal ħafna nies, kien aktar minn sempliċi xarba: kien parti minn memorji tal-skola, logħob mal-ħbieb u żminijiet aktar sempliċi.
U jekk inti lħaqtu u familjari miegħu sew, liema togħma ta’ ‘Breakers’ kont tfittex l-ewwel?
Fb/ Dj Chris Funkytown
Farsons