Il-programm popolari Love Island Malta ħabbar skeda ġdida għax-xandir tal-episodji tiegħu, hekk kif id-drama fil-villa qed tkompli tikber aktar minn qatt qabel.
Mil-lum il-Ħamis 11 ta’ Ġunju, l-episodji ta’ matul il-ġimgħa se jibdew jixxandru kuljum fl-22:00 fuq TVM, filwaqt li l-programm tal-Ħadd se jixxandar fit-20:45.
Intant, is-Sibt mhux se jkun hemm xandira. L-avviż ġie maqsum fuq il-paġni uffiċjali tal-programm flimkien mal-kliem: “New times, same villa drama”, li jiżgura li minkejja l-bidla fil-ħinijiet, it-tensjoni, ir-relazzjonijiet u s-sorpriżi fil-villa se jibqgħu fiċ-ċentru tal-attenzjoni.
Love Island Malta kompla jikseb popolarità kbira fost it-telespettaturi Maltin, b’segwaċi jistennew kuljum biex jaraw l-iżviluppi ġodda fost il-koppji u l-kontestanti fil-villa.