Jon Lukas Woodenman Ħalla Din Id-Dinja Bħal Daż-Żmien Ħames Snin Ilu

Jon Lukas

Fil-11 ta’ Ġunju 2021, ħames snin ilu, tħabbret l-aħbar li ħalliena Jon Lukas. Lura għas-snin sebgħin, Jon Lukas kien daħal fiċ-charts mużikali Ingliżi, u kien magħruf l-aktar bħala Woodenman. Hu kien għamel suċċess bil-kanzunetta Can’t Afford To Lose.

L-artist lokali kien miet ta’ 72 sena wara marda kiefra li kien ilu jissielet kontrieha. Jon mhux l-ewwel darba li kien jaġġorna fuq Facebook dwar il-kundizzjoni tiegħu. Hu magħruf li baqa’ jikteb il-kanzunetti anke meta kien l-isptar.



Kien artist li anke appoġġja lit-talent lokali bil-kbir. Niftakruh anke bħala wieħed mill-panel ta’ ġurija waqt il-programm ID, li kien ixxandar fuq ONE. 



F’isem it-tim ta’ Gwida.mt, mill-ġdid insellmu l-memorja għażiża ta’ Jon u ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari u ħbieb ta’ Jon Lukas. Strieħ fis-sliem u grazzi tal-mużika.



Facebook/ Jon Lucas Woodenman

Ritratti:

Facebook/ Spiteri Lucas Entertainment

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI