Andrew Agius kiteb l-istorja hekk kif sar l-ewwel veterinarju li ġie elett biex iservi fil-Parlament Malti. Din hija aħbar pożittiva mhux biss għas-settur veterinarju, iżda wkoll għal dawk kollha li jħobbu u jaħdmu għall-ġid tal-annimali.
Bil-kompetenza u l-esperjenza tiegħu fil-qasam, issa l-annimali għandhom vuċi aktar b’saħħitha fil-Parlament. Il-ħidma ta’ veterinarju tmur lil hinn mill-kura tal-annimali, u tinkludi wkoll il-promozzjoni tal-benesseri tagħhom, il-protezzjoni tad-drittijiet tagħhom u l-għarfien dwar ir-responsabbiltà lejn l-annimali fis-soċjetà.
B’dan ir-riżultat wieħed jista’ jgħid li l-annimali issa għandhom rappreżentanza diretta fil-Parlament, pass importanti għal aktar diskussjoni u għarfien dwar il-ħarsien u l-benesseri tagħhom f’Malta. Nawgurawlu fil-ħidma tiegħu!
Facebook / Partit Nazzjonalista