Wara li ħafna staqsew jekk Pina hix se tibqa’ magħha, Christa Cilia kkonfermat li l-kelba li salvat se jibqa’ parti minn ħajjitha. “Iva. Pina qiegħda hawn biex tibqa’,” kitbet Christa fuq il-midja soċjali, filwaqt li spjegat li wara t-trawma li għaddiet minnha Pina, qatt ma ħasbet li terġa’ tgħaddiha minn esperjenza diffiċli oħra.
Christa rrakkuntat kif mill-ewwel mument li salvatha ħasset rabta speċjali magħha. Hija fakkret il-mument emozzjonanti meta finalment żammitha f’idejha għall-ewwel darba, mingħajr ma kienet taf jekk kinitx se tgħix.
Minkejja l-isfidi kollha, Pina rnexxielha tirkupra u minn dakinhar ’l hawn kibret rabta qawwija bejnha u Christa. “Jiena l-persuna tagħha, u hi tafha. Mill-mod kif tħares lejja nifhem kollox. Il-fiduċja, l-imħabba u r-rabta li bnejna flimkien huma xi ħaġa tassew speċjali,” stqarret.
Illum, Christa tgħid li Pina daħlet f’qalbha u li bejniethom inbniet relazzjoni mimlija fiduċja u mħabba. “Ma nistax nimmaġina ħajti mingħajrha,” temmet tgħid Christa.
Facebook / Christa Cilia