Li Kieku Għadha Magħna, Raffaella Carra Kienet Tagħlaq 83 Sena Llum

Raffaella Carrà twieldet fit 18 ta’ Ġunju 1943 fil-Bologna, fl-Italja. Kienet kantanta, attriċi, żeffiena u preżentatriċi televiżiva li kisbet fama kbira kemm fl-Italja kif ukoll f’diversi pajjiżi Ewropej u tal-Amerika Latina. Fost il-kanzunetti popolari tagħha nsibu A Far L’Amore Comincia Tu, Tanti Auguri, Rumore u Pedro. Twieldet bħalum 83 sena u ħalliet din id-dinja fil-5 ta’ Lulju tal-2021.



Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, Mark Azzopardi sellem il-memorja ta’ Raffaella Carra fejn qal, “Kieku llum Raffaella Carrà tagħlaq 83 sena. Ikona unika li ħalliet marka li ma titħassar qatt fid-dinja tal-mużika u t-televiżjoni.” Qasam ukoll filmat mill-isbaħ tagħha.





Ritratti:

Top Music Charts

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI