“Sfajt Vittma Ta’ Persuni Li Aċċessaw Illegalment Il-Whatsapp Tiegħi U, B’mod Falz, Ikkuntattjaw Lill-Kuntatti Tiegħi Biex Jitolbuhom Il-Flus F’Ismi” – L-MP Ramona Attard

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħha, l-Membru Parlamentari Ramona Attard qasmet messaġġ importanti hekk kif riċentament sfat vittma wara li persuni daħlu duq WhatsApp tagħha u talbu xi flun lin-nies.

Hi qalet, “Twissija importanti: Sfajt vittma ta’ persuni li aċċessaw illegalment il-WhatsApp tiegħi u, b’mod falz, ikkuntattjaw lill-kuntatti tiegħi biex jitolbuhom il-flus f’ismi. Dan huwa tip ta’ frodi magħruf bħala social engineering, fejn il-kriminali jużaw il-fiduċja tan-nies biex iqarrqu bihom u jiksbu flus jew informazzjoni personali.”

Żiedet, “F’dan il-video nispjega x’ġara, x’inhu s-social engineering u kif nistgħu nipproteġu lilna nfusna minn dawn l-iscams. Qed naqsam din l-esperjenza biex inqajjem aktar għarfien u biex inħeġġeġ lil kulħadd joqgħod attent sabiex ma jispiċċax vittma bħal ma ġara lili. Jekk tirċievu talba għall-flus jew messaġġ suspettuż, anke jekk jidher li ġej minn persuna li tafu, dejjem ivverifikaw permezz ta’ telefonata jew mezz ieħor qabel tieħdu xi azzjoni.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI