
Illum qed tiċċelebra għeluq sninha l-kantanta lokali Sarah Micallef Muscat, li matul l-aħħar snin kisbet popolarità fuq il-midja soċjali grazzi għall-vuċi sabiħa tagħha u l-interpretazzjonijiet mill-isbaħ tal-kanzunetti klassiċi ta’ Disney bil-lingwa Maltija.
Ħafna segwaċi saru jafuha permezz tal-filmati li taqsam regolarment online, fejn tkanta kanzunetti minn films animati popolari li tant inħobbu, u li ħafna drabi jiġbru eluf ta’ views u kummenti pożittivi. Hija tieħu l-inkarigu li teqlibhom bil-Malti u b’hekk tagħtina togħma ta’ kif kienu jinstemgħu l-kanzunetti ta’ dawn il-films popolari kieku jiġu tradotti bil-lingwa tagħna.
Bis-saħħa tat-talent tagħha, Sarah irnexxielha tibni komunità ta’ segwaċi li japprezzaw il-passjoni tagħha għall-mużika u l-kapaċità tagħha li tagħti ħajja ġdida lil dawn il-kanzunetti tant magħrufa. Minn naħa tagħna, nawguraw lil Sarah Micallef Muscat l-isbaħ xewqat f’jum għeluq sninha, b’saħħa, ferħ u aktar suċċessi fil-karriera tagħha.
Facebook / Sarah Micallef Muscat