Iwaqqaf Lit-Tobba Milli Jitfu L-Magni Li Qed Iżommu Lil Ibnu Ħaj… Ftit Wara Ibnu Jagħfaslu Jdejh

Ta’ 27 sena George sofra minn puplesija li ħallietu dipendenti fuq il-magni sabiex jibqa’ ħaj. It-tobba ma kellhomx fiduċja li hu seta’ jirpilja u allura bdew iħejju sabiex jitfulu l-magni bit-tama li l-organi tiegħu jkunu jistgħu jagħtuhom lil xi ħadd fil-bżonn.

Madankollu, missieru kien għadu ma qatax qalbu u kien tal-fehma li t-tobba kienu qed jgħaġġlu wisq. Minħabba f’hekk, irreżista b’kull mod l-attentat tat-tobba li jitfu l-magni li kienu qed iżommu lil ibnu ħaj. F’ħin minnhom saħansitra ħareġ arma tan-nar sabiex jara li żgur ma tintemmx kull tama li ibnu jirkupra.

Il-missier dam madwar erba’ sigħat jikkonsulta mal-pulizija li għamlu li setgħu sabiex jikkalmawh u jġiegħluh iċedi. Missier il-ġuvni ta’ 27 sena jistqarr li matul dawk l-erba’ sigħat, ħass lil ibnu mitluf minn sensih jagħfaslu jdejh xi tlieta jew erba’ darbiet.

George eventwalment stenbaħ mill-koma li kien jinsab fiha u maż-żmien irnexxielu wkoll jikupra bis-sħiħ. Min-naħa ‘l oħra, missieru kellu jagħmel xi żmien il-ħabs wara li ġie akkużat li uża arma tan-nar sabiex jhedded lit-tobba u lill-pulizija. Min-naħa tiegħu, il-missier stqarr li għamel dak li għamel tant kemm iħobb lil ibnu.







Ritratti:

Facebook / Mindfulness

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI