Statistika tal-Kummissjoni Ewropea sabet li l-istudenti Maltin għandhom fost l-itwal perjodu ta’ vaganzi tas-sajf fl-Ewropa. Skont l-istatistika, f’pajjiżna l-perjodu vaganzi tas-sajf huwa dak ta’ 13-il ġimgħa.
Hija biss l-Italja li tagħti perjodu itwal ta’ vaganzi tas-sajf hekk kif l-istudenti Taljani fil-fatt għandhom 14-il ġimgħa assenti mill-bankijiet tal-iskola sabiex ikunu jistgħu jgawdu l-istaġun sajfi.
Dan filwaqt li l-Latvja, il-Moldova, il-Ġorġja u ċ-Ċipru, l-istess bħal Malta għandhom perjodu ta’ 13-il ġimgħa ddedikat għall-vaganzi sajfin.
Min-naħa ‘l oħra, studenti minn pajjiżi bħall-Ġermanja, l-Olanda, l-Isvizzera u d-Danimarka għandhom 6 ġimgħat ta’ vaganzi għas-sajf.
Intom x’taħsbu dwar ir-riżultati ta’ din l-istatistika?
Pexels