Artist Żagħżugħ Ipitter Lill-Arċisqof Charles J. Scicluna

L-artist żagħżugħ Denilson Zammit reġa’ għamilha hekk kif din id-darba għażel li jpitter lill-Arċisqof Charles J. Scicluna.

F’messaġġ fuq il-midja soċjali, l-artist żagħżugħ tkellem dwar kif kellu l-opportunità li juri din il-pittura lill-Arċisqof u fisser is-sodisfazzjon tiegħu li kellu “konverżazzjoni interessanti miegħu dwar l-arti, il-kultura u varjetà ta’ suġġetti oħra”.

Denilson hu magħruf sew għall-arti tiegħu li ħafna drabi tkun imsejsa fuq personalitajiet famużi. Fil-fatt, fil-passat, hu pitter personalitajiet Maltin bħall-Prim Ministru Robert Abela, id-Deputat Prim Ministru Ian Borg kif ukoll il-kantanta ikonika Maltija Miriana Conte.

Pitter ukoll personalitajiet ta’ fama mondjali fosthom il-Prinċipessa Ingliża Diana Spencer, l-attriċi u mudella Amerikana Marilyn Monroe kif ukoll il-kantanta Ingliża Amy Winehouse.

Prosit tassew!







Ritratti:

Instagram / Denilson Zammit

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI