“Ħolma Kbira Li Saret Realtà” – L-Eks Parteċipant Ta’ Love Island Jake Pace Jiggradwa Bħala Suldat

L-eks parteċipant tat-tieni staġun ta’ Love Island Malta Jake Pace esprima l-ferħ u s-sodisfazzjon tiegħu fuq il-midja soċjali hekk kif proprju lbieraħ irnexxielu jiggradwa bħala suldat.

Fil-fatt, hu kien fost 65 rekluta li rnexxielhom jiggradwaw bħala suldati wara xhur ta’ taħriġ intensiv, dixxiplina, impenn, iżda fuq kollox, determinazzjoni.

Emozzjonat u ferħan, Jake stqarr li din għalih kienet “ħolma kbira” u sostna li hu kburi li bil-ħidma tiegħu se jkun qiegħed iservi lil pajjiżu.

Prosit u awguri, Jake!







Ritratti:

Instagram / Jake Pace

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI