“Il-Midja Soċjali Hi Mimlija Nies Bi Frustrazzjoni Li Jiżvugawha Billi Jgħajjru Lil Ħaddieħor” – Clifford Galea

Waqt il-programm Kuxjenza ippreżentat minn Maria La Barokka, tqanqal dibattitu dwar in-negattività li llum il-ġurnata qed tiddomina l-midja soċjali. Il-personalità Maltija Clifford Galea attribwixxa din in-negattività ma’ persuni li għandhom frustrazzjoni u jagħżlu li jiżvugawha billi jgħajjru lil ħaddieħor.

Hu rrimarka kif pereżempju meta jseħħ każ f’pajjiżna, issib ħafna li jkunu pronti jikkumentaw b’mod irresponsabbli sabiex jgħidu x’kienu jagħmlu huma kieku kienu fiż-żarbun tal-persuni involuti. Clifford sostna kif, bosta drabi, ċerti persuni jinsew li dak li jinkiteb fuq il-midja soċjali jħalli marka permanenti.

B’mod regolari, Clifford jaħdem kif ukoll jitħaddet dwar l-importanza li tingħata prijorità lis-saħħa mentali u li jseħħu ċerti bidliet soċjali f’pajjiżna.



Intant, intom taqblu ma’ Clifford?





Ritratti:

Facebook / Maria La Barokka Muscat u Pexels

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI