Il-Kulleġġ Santu Wistin Jawgura Lill-Għalliema Ms Bridget Li Se Tirtira Wara 16-Il Sena Tgħallem F’Din L-Iskola

B’ċeremonja mnedija fost l-istudenti, il-Kulleġġ ta’ Santu Wistin awgura lill-għalliema Ms Bridget li wara madwar 16-il sena tgħallem f’din l-iskola, issa se tkun qiegħda tirtira.

Fuq il-midja soċjali, t-tmexxija tal-Kulleġġ ta’ Santu Wistin irrikonoxxa li n-nuqqas ta’ Ms Bridget se jkun qed jinħass ferm filwaqt li awgurawlha kull saħħa u hena fis-snin tal-irtirar tagħha.

Fiċ-ċeremonja li tnediet dehret ċara l-imħabba tal-istudenti lejn din l-għalliema li tant uriet dedikazzjoni matul is-snin.



Nawguraw lil Ms Bridget!





Ritratti:

Facebook / St Augestine College

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI