L-episodji ta’ Come Dine With Me Malta li ntlaqgħu l-iżjed tajjeb mill-udjenza Maltija matul dawn l-aħħar sentejn, se jkunu qiegħdin jerġgħu jixxandru mid-29 ta’ Ġunju fuq l-istazzjon TVM.
Fil-fatt, it-tim tal-produzzjoni ta’ Come Dine With Me Malta ħabbar ftit sigħat ilu li ta’ kuljum, mit-Tnejn sal-Ġimgħa, se jkun qiegħed jixxandar episodju favorit.
S’issa, matul dawn l-aħħar sentejn, ixxandru żewġ staġuni ta’ Come Dine With Me Malta fejn fihom personalitajiet diversi, uħud diġà familjari fit-televixin Malti, għamlu li setgħu sabiex filwaqt li jgawdu l-esperjenza tagħhom fuq il-programm, bis-saħħa tal-ħiliet tat-tisjir tagħhom ikunu huma li jirbħu l-premju ta’ dik il-ġimgħa rispettiva.
Intom se ssegwu?
Facebook / Come Dine With Me Malta