Ħarġet l-aħbar li fl-età ta’ 94 sena għadu kif ħalla din id-dinja l-produttur mużikali Amerikan Clive Davis.
Hu kien meqjus minn bosta bħala leġġenda tal-mużika, b’mod partikolari minħabba l-ħila straordinarja li kellu sabiex jagħraf il-potenzjal ta’ kantant qabel ħaddieħor. Fil-fatt, kien proprju hu li rrikonoxxa t-talent ta’ artisti kbar bħal Whitney Houston kif ukoll Santana.
Apparti minn hekk, il-produttur Clive Davis irnexxielu jibqa’ relevanti matul għexieren ta’ snin, xi ħaġa li ftit huma dawk il-produtturi li jirnexxielhom jagħmlu.
Bosta bħalissa qed isellmu l-memorja tiegħu.
Jistrieħ fis-sliem!
Instagram / Clive Davis