Jiddedikaw Proġett Tal-Festa Għal Omm Li Tilfet Il-Ġlieda Tagħha Kontra L-Kanċer

Matul din il-ġimgħa, fiż-Żejtun ġet iċċelebrata l-festa ta’ Santa Katarina.

Minkejja li l-briju u l-ferħ ma naqasx, f’qalb bosta Żwieten kien hemm il-mibkija Marisa Spiteri; omm ta’ 41 sena li fis-snin ta’ qabel dejjem kellha rwol attiv fil-festa ta’ din il-lokalità.

Sfortunatament, madankollu, din is-sena Marisa ma setgħetx tkun preżenti hekk kif ftit ġimgħat qabel tilfet il-ġlieda tagħha kontra l-kanċer.

F’dan l-isfond, il-voluntiera tal-Banda Żejtun Għaqda Santa Katarina fakkru l-memorja tagħha billi ddedikawlha il-proġett il-ġdid li huma kixfu matul din il-festa. Fil-fatt, fuq imrewħa ġdida li introduċew wara xhur twal ta’ ħidma, kitbu l-kliem ‘għalik, Marisa’.



B’reazzjoni, bosta Żwieten stqarru fuq il-midja soċjali li matul il-briju u ċ-ċelebrazzjonijiet tal-festa ta’ din is-sena, żammew dejjem lil Marisa f’qalbhom.



Strieħ fis-sliem, Marisa.



Ritratti:

Facebook / Banda Żejtun Għaqda Santa Katarina V.M. AD 1933

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI